Birkirkara kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 3-0. B’hekk huma telgħu fl-ewwel post tal-klassifika bi 13-il punt.
Birkirkara ħarġu fuq l-offenisva u wara għaxar minuti minn korner dirett, Shaun Dimech kien għoddu ħasad lill-goalkeeper ta’ Melita, Gosef Mizzi.
Huma marru fil-vantaġġ fl-20 minuta meta rebħu penalty hekk kif Marc Bovenkamp waqqa’ lil Lacunza fil-kaxxa. Mill-11il metru inkariga ruħu MAXUELL MAIA li ma żbaljax bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0.
Birkirkara rduppjaw l-iskor fil-55 minuta meta Alex Satariano għadda tajjeb lejn IGNACIO MORELLO li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
Erba’ minuti wara reġgħu kienu Birkirkara li ħolqu l-periklu meta Morello żmarka lil Gaitan fil-li kellu t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra.
Melita wieġbu fil-61 minuta meta Da Costa kellu x-xutt fil-baxx tiegħu salvat mingħajr wisq diffikultá minn Volpe.
Birkirkara reġgħu ħolqu l-periklu fil-65 minuta meta Gnamien għadda tajjeb mal-linja iżda l-konklużjoni tieghu ntemmet barra.
Mumenti wara, Maia kellu x-xutt tieghu minn ġol-kaxxa jgħaddi ftit barra.
Birkirkara issiġillaw ir-rebħa fit-82 minuta meta rebħu penalty ieħor hekk kif Maia twaqqa’ fil-kaxxa minn Gowzef Mizzi, b’MAXUELL MAIA jerġa’ ma jfallix. Melita wieġbu fid-90 minuta meta daqqa ta’ ras ta’ da Costa għaddiet barra.
Referee: Ezekiel Barbara
Player tal-Logħba: Ignacio Morello (Birkirkara)