Birkirkara F.C. bħalissa għaddejjin b’negozjati sabiex André Paus ikkompli jmexxi lit-tim għal staġun ieħor.
One Sport tkellem mal-Viċi President tal-klabb Michael Valencia fejn min-naħa tiegħu kkonferma li jinstabu f’stadju avvanzat sabiex l-Olandiż jerġa’ jmexxi lill-Karkariżi għal staġun ieħor.
Paus kien ħa f’idu t-tmexxija tat-tim ta’ Birkirkara f’Settembru 2019.