Birkirkara FC ġew inkurunati ċampjins tal-futbol tan-nisa meta l-Ħamis filgħaxija għelbu lill-Swieqi United 3 – 0 meta fadal partita għal tmiem il-Kampjonat.
Bir-rebħa tal-Ħamis, Birkirkara FC fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fil-quċċata tal-klassifika.
Kienet Arianna Del Moral li poġġiet lill-Birkirkara fil-vantaġġ fil-36 minuta bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0. Marta Grosso rduppjat l-iskor fil-64 minuta b’Alishia Sultana tagħmel ċert mit-tlett punti bit-tielet goal skorjat fit-80 minuta.
Il-konfront kienet ikkontrollat minn Ranald Portelli.