- L-ikbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku bejn Lulju u Settembru seħħu f’Birkirkara
- In-numru ta’ inċidenti rapportati naqas meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015
- In-numru ta’ persuni li weġgħu kawża ta’ inċidenti żdiedu
- Il-maġġoranza tal-inċidenti kienu jinvolvu karozzi u muturi
Bejn Lulju u Settembru, f’pajjiżna kellna tmien aċċidenti tat-traffiku fatali, bl-akbar numru ta’ inċidenti, 293, jseħħu f’Birkirkara.
In-numru ta’ rapporti ta’ inċidenti ta’ traffiku fit-tielet kwart tas-sena kienu 3,809, li jfisser tnaqqis ta’ 7.4% meta kkumparat mal-istess perjodu fl-2015. Il-lokalitajiet tan-naħa ta’ fuq tal-port irreġistraw l-akbar numru ta’ inċidenti, 1,368, li jfisser 35.9% tal-inċidenti kollha.
Dawk is-sewwieqa li kellhom biss ġrieħi ħfif kienu 264, filwaqt li 40 minn dawn il-każijiet kienu ta’ natura gravi. 47 persuna – 26 passiġġier u 21 persuna li kienu mexjin fit-triq – sofrew ukoll minn ġrieħi gravi. Filwaqt li 110 passiġġier u 44 kellhom ġrieħi ħfief.
L-aċċidenti fatali kienu jinvolvu 3 sewwieqa, passiġġier u 4 persuni li kienu mexjin fit-triq.
L-akbar numru ta’ persuni li kellhom ġrieħi ħfief kawża ta’ inċidenti tat-traffiku, kienu rġiel, 220, filwaqt li 198 kienu nisa. Il-maġġoranza ta’ persuni li kellhom ġrieħo gravi kienu rġiel, 87. Filwaqt, dawk li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan it-tip ta’ inċident : 7 irġiel u mara li kellhom bejn sitta u għoxrin u erbgħin sena.
72.3% ta’ dawn l-inċidenti kienu jinvolvu karozzi, 20.5% kienu jinvolvu muturi filwaqt li 5.1% kienu inċidenti li jinvolvu vetturi kummerċjali.
Ħamsa minn tmien inċidenti fatali kienu jinvolvu karozza filwaqt li tlieta kienu jinvolvu muturi.
L-aktar ġurnata li fiha seħħu inċidenti kienet is-Sibt b’17.2% filwaqt li l-akbar numru ta’ inċidenti rapportati kien matul il-jum tal-Ġimgħa.
845 tal-inċidenti seħħu bejn id-9:00a.m u 11.59a.m filwaqt li 788 seħħu bejn 12.00p.m u 14.59p.m. L-inqas numru ta’ inċidenti seħħu bejn it-3.00a.m u 5.59a.m.
L-ikbar numru ta’ inċidenti seħħu f’Birkirkara (294) , San Pawl il-Baħar (213) u Ħal Qormi (166).