BirdLife Malta qalu li l-Gvern ma semax mill-fatti xjentifiċi u s’issa ma tax widen għall-appelli biex iwaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Innotaw pero, li wara li nhar is-Sibt tkellmet il- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) – li jidher li se jkun qed jieħu azzjoni u japplika l-moratorju fuq il-kaċċa f’dan l-istaġun.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet irreferew għal rapport ippubblikat fil-gazzetta Kullħadd ta’ nhar il-Ħadd li għadda, li kien jgħid li l-Kabinett se jiddiskuti l-moratorju fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa u jidher li se jilqa’ t-talba li għamlitlu l- FKNK.
F’ittra li bagħtet lill-Prim Ministru, BirdLife Malta insitiet li l-Gvern injora l-pariri li ngħata minn BirdLife Malta, mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u l-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent biex japplika dan il-moratorju.
Jemmnu li se jkun biss wara li tkellmu l-għaqdiet tal-kaċċaturi li se jagħti widen.