- Terġa tappella lill-PM biex jissospendi l-istaġun tal-kaċċa b’seħħ immedjat
Rapporti kkonfermati lil BirdLife Malta mill-Pulizija ta’ Għawdex jindikaw li tliet kuċċardiet oħra kienu osservati jinqatlu f’Għawdex fl-aħħar sigħat. L-għasafar niżlu fil-baħar u wieħed minnhom inġabar minn rock climber professjonali li għadda l-Kuċċarda mejta lill-Pulizija, li interrogawh għall-fatti kollha.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, BirdLife Malta qed tinsisti li dan il-qtil illegali bla kontroll ta’ tajr protett se jibqa’ għaddej sakemm il-Gvern ma jiħux azzjoni immedjata llum qabel għada. Għal darba oħra qed nappellaw lill-Prim Ministru biex jissospendi l-istaġun tal-kaċċa sal-15 ta’ Ottubru. Dan huwa l-uniku mod kif l-isforzi limitati ta’ infurzar jistgħu jagħtu xi tip ta’ riżultat.
Birdlife qalet li diffiċli wieħed jifhem kif il-Gvern ma jikkunsidrax is-sitwazzjoni attwali bħala waħda allarmati “u għalhekk jistennew li l-Gvern jieħu l-pass kuraġġjuż minflok iwaħħal fil-Kumitat Ornis.”