Wara li l-Kumitat Ornis irrakkomanda lill-Gvern biex jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għall-2017, Birdlife Malta qalet li m’hemm ebda ġustifikazzjoni valida biex tinfetaħ il-kaċċa għas-summien.
Ir-rakkomandazzjoni tal-bieraħ kienet biex il-Gvern biex jiftaħ staġun tal-kaċċa fuq is-Summien fir-rebbiegħa għal perjodu ta’ tliet ġimgħat bejn il-25 ta’ Marzu u l-14 ta’ April.
Fi stqarrija sostniet li tibqa’ kontra l-prinċipju li l-għasafar m’għanhdomx jinqatlu waqt li jkunu qed jemigraw. Insistew ukoll li d-deċiżjoni finali li jieħu l-Gvern għandha tkun ibbażata fuq fatti xejntifiċi u m’għandhiex tinkiser direttiva Ewropea dwar l-għasafar.