“Mhux se noħroġ stqarrija oħra biex nirrispondi lis-Segretarju Parlamentari” – hekk kiteb f’email dak responsabbli mill-komunikazzjoni ta’ Birdlife Malta.
Iżda idderiġiena lejn il-paġna Facebook tal-Birdlife, fejn irrispondew xorta. Qalu li jekk il-Gvern irid jikseb informazzjoni dwar insib illegali, għandu jagħmel surveys minn jheddu bl-ajru.
Birdlife stiednet lill-Wild Birds Regulation Unit jagħmel lista tad-dati tal-ispezzjonijiet li saru f’kull post tal-insib f’Malta u biex jikkjarifikaw jekk is-siti permessi mill-istess unit f’Natura 2000 għandhomx il-permessi biex joperaw.
Birdlife ikkundannat dik li qalet hija dipendenza tal-unit fuq organizazzjonijiet non governattivi biex jirrpportaw każijiet fejn hemm bżonn inforzar.
Dan meta s-Segretarjat spjega kemm isiru spezzjonijiet ta’ rutina.