BirdLife Malta llum tenniet is-sejħa li saret il-ġimgħa l-oħra mill-CABS, il- Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar biex jingħalaq l-istaġun tal-insib għall-Pluviera (Golden Plover), wara li fl-aħħar ftit ġimgħat kien hawn passa eċċezzjonali ta’ din l-ispeċi “li wasslet għal attività tal-insib mifruxa maż-żewġ gżejjer, ħafna drabi billejl, bl-użu illegali ta’ apparat tal- għajjat elettroniku biex jattira lil dawn l-għasafar”.
Flimkien ma’ din l-istqarrija, BirdLife Malta xandret filmat li juri l-użu ta’ dan l-apparat tal-għajjat elettroniku (electronic callers) f’diversi lokalitajiet fil-kampanja. Qalet li l-filmat juri kif l-użu ta’ dan l-apparat illegali hu “rampanti u bla kontroll”.