BirdLife Malta xandret filmat li jiddokumenta l-istaġun tal-insib ta’ din is-sena.
Birdlife Malta qed tgħid li osservaw wieħed u erbgħin illegalità tul perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ sorveljanza.
L-istaġun tal-insib ta’ din is-sena fetaħ fl-għoxrin ta’ Ottubru, u se jibqa’ miftuħ sal-wieħed u tletin ta’ Diċembru.
Id-deroga attwali tal-insib tippermetti l-insib għall-Malvizz u l-Pluviera.
F’ġurnata waħda erbgħin għasfur tal-għana nstabu fi tlett imnasab f’Għawdex.
Birdlife qalet li sbatax-il każ minn dawn ġew mgħoddija f’idejn il-pulizija biex jiġu investigati f’aktar dettall.
BirdLife Malta temmet tgħid li huma tal-opinjoni li għandha titwaqqaf Wildlife Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija biex tgħin f’dan ir-rigward.