Birdlife Malta mill-ġdid preżentat mandat ta’ inibizzjoni bil-għan li ma jiftaħx l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa għall-gamiema.
Il-mandat preżentat, intlaqa’ mill-Qorti proviżjorjament u ġie skedat biex jinstema’ għat-trattazzjoni fit-18 ta’ April.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan ifisser li se jiġi trattat potenzjalment f’nofs l-istaġun tar-rebbiegħa.
Il-Ministru responsabbli mis-settur, Clint Camilleri fuq Facebook fakkar li din manuvra diġà intużat mill-Birdlife fil-passat. Fil-fatt, fl-istess żmien is-sena li għaddiet Birdlife Malta ressqet mandat quddiem il-Qorti sabiex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem.
Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li flimkien mal-kumplament tal-Gvern ser ikunu qed jagħmlu ħilithom biex dan il-mandat ma jiġix ikkonfermat.