Is-Sirja – F’ post ta’ gwerra qalb it-trab, il-bombi u l-imwiet, tfal ta’ kull etá joħolmu f’post fejn jistgħu jilgħabu jgħixu ħajja normali bħal dik li jgħixu ċ-ċkejkin f’pajjiżi oħra.
Iżda l-ebda omm jew missier ma tħalli lil dawn it-tfal jiġru f’ħalq il-mewt, hekk kif ta’ kuljum xita ta’ bombi tinżel fuq il-pajjiż.
Bl-għan li dawn it-tfal ikunu jistgħu jaħarbu minn infern għal ġenna, grupp ta’ volontiera għamlu post fejn it-tfal jistgħu jilgħabu taħt l-art, ‘il bogħod mir-realtá li qed ikollhom jgħixu fiha bla ħtija. It-tbissima fuq fomm it-tfal tidher biċ-ċar f’dawn ir-ritratti.