Żewġ pumpiera salvaw kelba li aktarx kienet ilha abbandunata fuq il-blat ta’ Fomm ir-Riħ.
Dawn wara li xi persuni lemħu l-kelba waqt li kienu qed jimxu f’dawn l-inħawi, u talbu għall-għajnuna lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali.
Meta waslu fuq il-membri tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali talbu għall-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Min-naħa tagħhom, dawn iż-żewġ pumpiera għamlu ċert li ħadd ma jkun fil-periklu u rnexxielhom isalvaw lill-kelba li kien imbeżżgħa u mweġġgħa.
Waħda mill-persuni li indunat bil-kelba, irringrazzjat pubblikament lil dawn il-pumpiera għaliex qalet li din ma kinitx biċċa xogħol faċli.
Ritratti: Janis Callus/ Facebook