Franċiż ta’ 27 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq San Pawl.
Il-Pulizija marret fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet urew li l-Franċiż intlaqgħat minn karozza tal-għamla Peugeot misjuqa minn Taljan ta’ 47 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.