Wara lejla ta’ suċċess b’70,000 persuna ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għaċ-ċelebrazzjoni tan-Notte Bianca, mill-ewwel beda t-tindif ma’ tmiem l-avveniment.
Dan hekk kif matul il-lejl li għadda d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni naddfet iż-żona tal-Belt u l-Furjana.
F’messaġġ fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal kif dan it-tindif beda b’mod immedjat wara li l-Belt tbattlet min-nies u b’hekk seta’ jibda x-xogħol ta’ tindif.