Fuq il-midja soċjali l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli kkundannat lil dawk il-persuni li ħammġu Ħal Farruġ billi rmew bl-addoċċ skart goff u skart ieħor.
Il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur ittieħedet azzjoni immedjata permezz tal-ħaddiema ta’ Clean Malta sabiex dan il-post jerġa’ jingħata dehra sabiħa.
Ritratt: Julia Farrugia Portelli/ Facebook