Fil-jum li l-Knisja Kattolika tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, bit-tifkira tad-daħla solenni ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, f’Ħal Qormi u fix-Xagħra Għawdex saru l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Kbira.
Dawn il-puriċssjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira saru mhux kif is-soltu nafuhom nmexxija u organizzata mill-adulti, iżda din id-darba bit-tfal fil-qofol tagħhom.
Il-purċissjonijiet kienu kkaratterizzati minn numru ta’ vari u oġġetti oħrajn partikolari hekk kif kollha huma maħsubin għad-daqs tat-tfal.
It-tfal infushom ukoll kienu kollha lebsin tal-okkażjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, b’kostumi tal-epoka Rumana.
Ritratti: George Aquilina




