Minn tal-inqas disa’ persuni mietu filwaqt li 37 persuna oħra jinsabu feruti wara li terrimot ħasad lill-provinċja ta’ Van fit-Turkija iktar kmieni l-Ħadd.
Il-Ministru tal-Intern Suleyman Soylu tenna li disa’ mis-37 persuna jinsabu f’kundizzjoni serja. Filwaqt li fost dawk li mietu kien hemm tlieta minnhom tfal. Huwa żied jgħid li mal-1,066 binja ġġarrfu.
It-terrimot kien ta’ forza 5.7 ħasad il-fruntiera ta’ bejn it-Turkija u l-Iran u affettwa mal-43 villaġġ fit-Turkija.
L-awtoritajiet huma nkwetati li hemm aktar persuni maqbuda qalb it-tifrik.