Huma ħafna nies li jixtru prodotti barranin speċjalment mill-internet illum il-ġurnata. Kultant ninsew li aħna l-Maltin kapaċi nkunu l-aqwa disinjaturi anke tal-moda nfisha. Toyah Bajada taħdem il-ġojjellerija tal-wajer. Passjoni li ma tqishiex biss bħala xogħol iżda bħala mħabba speċjali li ttieha gost.
Toyah saħqet magħna: Bdejt ninnota kemm aħna l-Maltin qed nilbsu komuni u kemm il-prodott mhuwiex ta’ valur għax wara ċertu zmien jispiċċa. Dan jurina biċ-ċar li l-valuri ta’ qabel qed jintesew bil-mod il-mod. Fejn qabel kulħadd kien jaf iħit, issa qed nixtru l-lest u b’hekk naqgħu għall-konkluzjoni li xejn m’għadu uniku u durabbli. Għalhekk erġajt bdejt nieħu interess fix-xogħol tal-idejn, fl-industrija tal-ġojjelerija.
Qalet ukoll li żaret il-‘Milan fashion week’ u minn hemmek setgħet tifhem aktar it-teknici differenti u l-kuncetti li jinvolvu fil-qasam tal-moda.
Bajada bdiet tħajjarha l-ġojjellerija tal-wajer għar-raġuni li minn ta’ eta’ żgħira kienet naf teknici bażiċi. L-ewwel bdiet minn ċrieket u kompliet tevovli f’aċċessorji oħra maż-żmien.
Hekk kif ħassitha li reġgħet ħadet il-qagħda u li bdiet titjieb fix-xogħol tagħha, iddeċidiet li tiftaħ paġna fuq ‘Facebook’ u ‘Instagram’ ukoll fejn irrealizzat kemm in-nies japprezzaw u jinteressaw ruħhom fix-xogħol tal-id. Dan ressaqha aktar viċin in-nies.
Madankollu f’moħħi għandi t-tir li nibqa’ nitgħallem u bi ħġari qed inħares ‘il quddiem għal opportunitijaiet oħra sabiex nesperjenza drawwiet u kulturi differenti minn dawk li aħna mdorrijin bihom. Dan se jkun ta’ għajnuna għalija f’dan il-qasam tax-xogħol.