Ġuvni ta’ 28 sena minn Birżebbuġa ttieħed l-isptar għal aktar kura, wara li ħabat bil-mutur li kien qiegħed isuq ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 77 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Balal, San Ġwann.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.