Saret sejba ta’ oqbra u katakombi fi Triq Emmanuele Vitale waqt li xogħlijiet li kienu qed isiru fl-iskola St Agatha, ir-Rabat.
Is-Sovratendenza ilha taħdem fuq dawn l-oqbra għal dawn l-aħħar ġimgħat. L-Arkeologu u l-esperti sabu skeletri sħaħ ta’ adulti u tfal mill-perjodu Ruman flimkien ma’ ammont kbir ta’ fuħħar u oġġetti oħra delikata li kienu ndifnu mal-iġsma.
Il-Ħadd li ġej se tkun organizzata Open Day li matula l-pubbliku jista’ jara dawn il-katakombi ġodda.