F’Ħal Luqa, raġel ta’ 52 sena minn Birżebbuġa kien aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Kien il-vittma stess li mar l-għassa ta’ Ħal Luqa jitlob l-assistenza medika fejn issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei.
Huwa għandu ferita serja f’għonqu.
B’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija qiegħda żżomm raġel ta’ 44 sena minn Ħal Luqa bbiex jgħinnha fl-invetigazzjonijiet.