Presepju Malti qed jiġi esebit fil-Vatikan f’Ruma wara li membri mill-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa ngħataw l-opportunità li jesebixxu t-talenti artistiċi tagħhom quddiem mijiet ta’ persuni.
Il-presepju se jkun qed jibqa’ armat sal-Epifanija bix-xena tan-nattività hi replika ta’ pittura magħmula minn Giuseppe Cali – l-istess pittura li tinsab fuq l-artal tat-twelid fil-parrozza ta’ Ħal Luqa. Iżda dan il-presepju bl-isem ta’ Malta fil-Presepju ngħata togħma Maltija, b’xeni mill-istorja Maltija. flimkien ma’ xeni u binjiet Maltin u kif ukoll memorji ta’ żmien darna.
Il-President tal- għaqda, Charles Attard, spjega kif dan hu unur għalihom u kif din hi xi ħaġa storika għall-għaqda tagħhom.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Pulis, l-għaqda mużikali tellgħet ukoll kunċert fil-Bażilika ta’ San Andrea della Valle f’Ruma flimkien mat-tenur Malti Ludwig Galea.