Persuna ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta fil-Gżira. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-12:00 fi Triq Reġjonali fil-Gżira meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn erba’ vetturi.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet persuna l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.