Għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin ta’ dalgħodu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċieva rapport dwar duħħan iswed ħiereġ minn garaxx taħt l-art fiż-Żurrieq.
Pumpiera mill-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far u ta’ Kordin marru fuq il-post u kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.
In-nar intefa u s-sitwazzjoni fit-triq marret lura għan-normal f’ħin qasir.
Id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Protezzjoni Ċivili, Anthony Pisani, mexxa din l-operazzjoni.
ONE News huwa nfurmat li riżultat tan-nirien, saru xi ħsarat fil-binja fejn seħħ l-inċident.