Il-monument tas-Sette Giugno tpoġġa lura f’postu, jiġifieri fi Pjazza San Ġorġ, wara li minn eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika, irriżulta li din hija x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu.
Barra minn hekk, ġie deċiż li l-monument għandu jmur lura fi Pjazza San Ġorġ kemm minħabba r-rabtiet li għandu mal-irvellijiet tas-sena 1919, kif ukoll peress li l-pjazza hija kbira biżżejjed biex tilqa’ l-kommemorazzjoni annwali li tfakkar din il-ġrajja.
Il-konsultazzjoni pubblika bdiet f’Ġunju li għadda, fejn il-pubbliku kellu ċ-ċans jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar fejn jaħseb li huwa l-aħjar post li fih għandu jitqiegħed il-monument. Dan l-eżerċizzju ta opportunità lill-poplu biex ikun parti mill-proċess tal-għażla.
Ir-ritratti juru l-ħidma matul il-lejl biex il-monument jitneħħa minn Hastings u jitpoġġa fi pjazza San Ġorġ.