Fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Dr. George Vella laqa’ lill-Arċisqof Charles J. Scicluna u lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.
L-Arċisqof ppreżenta statwa ta’ San Ġorġ lill-President, 24 siegħa wara li dan tal-aħħar ħa t-tmun tal-ogħla kariga fil-pajjiż.
Hekk kif poġġew, it-tnejn tkellmu dwar il-bżonn li f’pajjiż li qed jiżviluppa kontinwament, kulħadd iħossu parti mis-soċjetà, irrispettivament min-nazzjonalità jew reliġjon tiegħu.