Illum tkompli l-Malta Air Show fejn dawk interessati jistgħu jaraw l-ajruplani mill-qrib fl-ajruport ta’ Ħal Luqa filwaqt li l-wirja akkrobatika fl-ajru tibda fit-tlieta ta’ waranofsinhar fil-Qawra u Buġibba.
Antoine Psaila, fotografu għal ONE News ġibed sett ta’ ritratti sbieħ fosthom tal-ajruplani pparkjati bil-lejl.

Ajruplan tal-gwerra tal-qawwa tal-ajru Taljana AMX

Ajruplan tat-tip Transall C-160 – l-aħħar tat-tip tiegħu hekk kif se jiġi rtirat mis-settur tal-avjazzjoni. Wisq probabli l-aħħar wieħed li niżel f’Malta.

Ħelikopter A-139
Intant matul il-jum tas-Sibt, Antoine Psaila qabad spettaklu fl-ajru fosthom ajruplan tal-qawwa Torka u anki l-famużi Red Arrows, tar-Royal Air Force tar-Renju Unit.