Il-lewn aħmar u dak abjad iddomina Pjazza Kastilja għal Jum il-Ħaddiem hekk kif eluf ta’ persuni rħewlha biex jiċċelebraw ilkoll flimkien l-1 ta’ Mejju.
Attività li għaliha attendew u ddominaw il-folla eluf ta’ żgħażagħ biex filwaqt li jiċċelebraw dan il-jum, jisimgħu d-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat.