Dr Ian Castaldi Paris jidher li jinsab fuq quddiem fl-elezzjoni każwali li qed issir fuq it-8 distrett elettorali sabiex jimtela s-siġġu parlamentari tad-deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona wara r-riżenja tiegħu mill-Parlament ġimagħtejn ilu.
F’din l-elezzjoni qed tikkontesta wkoll l-Avukat Rachel Tua.
Fl-elezzjoni tal-2017 Dr Castaldi Paris kien ġab 232 vot filwaqt li Dr Tua kienet ġabet 174 vot.
L-għadd tal-voti beda’ fid-9 ta’ filgħodu fis-Sala tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar. Il-proċess jinvolvi l-ftuħ tal-unijiet li kien ġab Dr Cardona sabiex isir magħruf min miż-żewġ kandidati ġab it-tieni preferenza.
Il-proċess tal-għadd qiegħed isir bl-idejn hekk kif is-sistema elettronika ma kinitx użata fl-elezzjoni ġenerali tal-2017.