Fadal biss l-aħħar ftit preparamenti qabel jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju fi Pjazza Kastilja.
Kollox jibda għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, f’attività li se ssir bis-sehem t’artisti lokali u internazzjonali, u żewġ baned li se jkunu qed iduru mal-Belt Valletta. Il-qofol jintleħaq bid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat.F id-dawl tal-fatt li mistennija jkunu eluf kbar li jattendu l-attività, il-Partit Laburista ħa ħsieb li jalloka postijiet għall-persuni b’diżabilità u li t-trasport ikun organizzat.
Fil-fatt il-vjaġġi tat-trasport pubbliku se jkunu aktar spissi waqt li se jkun hemm vapur dirett għall-Port il-Kbir minn Għawdex li jitlaq fis-siegħa ta’ waranofsinhar.
Il-Kumitati lokali tal-Partit Laburista se jorganizzaw trasport minn kull lokalità madwar Malta.