Il-fotografu Ġermaniż Peter Lindbergh iddeċieda li għal kalendarju tas-sena li ġejja, se jkun qed jagħmel użu minn ritratti ta’ ċelebratijiet li lesti juru s-sbuħija naturali tagħhom mingħajr ebda edittjar.
Bit-tema Emotional, il-kalendarju tas-sena 2017 għall-kumpanija Pirelli se jkollu serje ta’ ritratti mingħajr kulur sabiex ikompli t-tradizzjoni tas-sena ta’ qabel. Tradizzjoni li tiċċelebra s-sbuħija tan-nisa lil’hinn mill-editjar u alterazzjonijiet tas-sbuħija.
“Xtaqt noħloq viżjoni ta’ nisa b’perfezzjoni naturali, iżda mhux tad-dehera. Xtaqt noħroġ l-emozzjoni u x’qed iħossu permezz ta’ ritratt. Għalekk it-tema li għażilt jisimha Emotional, u mhux xi isem ta’ perfezzjoni artifiċjali, iżda li turi l-emozzjonijiet f’wiċċ dawn in-nisa,” qal Lindbergh.
Il-kalendarju se jkun qed ikollu 14-il attriċi, li fosthom se jkun hem Nicole Kidman, Uma Thurman, u anke Penelope Cruz.
Ir-ritratti ttieħdu f’diversi postijiet bħal Londra, New York, Berlin, Los Angeles u kif ukoll Franza.