Diversi pumpiera ssieltu ma’ nirien li ħakmu impjant li jirriċikla l-ħadid fil-Marsa.
Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Garibaldi, ftit qabel is-1:00 ta’ waranofsinhar.
Minn tal-inqas 15-il pumpier b’seba’ vetturi tat-tifi tan-nar kienu fuq il-post għal ħin twil biex jikkontrollaw in-nirien.
It-triq kienet magħluqa sakemm tlestiet l-operazzjoni.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident imma fuq il-post xorta marru żewġ ambulanzi bħala prekawzjoni.