Illejla, ġie ssiġillat it-tebut tal-Papa Franġisku. Dan wara li fl-aħħar tlett ijiem, eluf ta’ nies minn kull rokna tad-dinja żaru u taw l-aħħar tislima lill-Papa Franġisku, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

Qabel ġie ssiġillat it-tebut tal-Papa Franġisku tpoġġa velu abjad fuq wiċċu. B’dan hu simbolu ta’ umiltà u l-għoti tiegħu f’idejn Alla.
Qabel l-issiġillar tat-tebut, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan kien hemm mument ta’ silenzju u riflessjoni.
It-tebut jinħareġ għada filgħodu mill-Bażilika għall-funeral, li se jsir fil-Pjazza tal-Vatikan.

