Fl-aħħar hin bdew jitgħabbew fuq vapur apposta maż-żewg kilometri u nofs ta’ cable li se jintuża biex isewwi l-ħsarat fl-interconnector.
Il-Ministru għall-Enerġija Michael Farrugia spjega li l-proċess tat-tagħbija għandu jieħu mal-għaxar sigħat biex imbagħad mal-ewwel opportunità ta’ temp favorevoli, iż-żewg bastimenti involuti fit-tiswija jsalpaw lejn is-sit tal-ħsarat.
Fuq il-post diġa’ hemm vapur ieħor li se jassisti. It-tiswijiet huma ppjanati li jibdew it-Tlieta jekk it-temp jippermetti.
Dr Farrugia rrimarka li dan il-proċess ta’ tiswija se jinbeda f’inqas minn xahrejn minn mindu seħħew il-ħsarat.
Qal li dan il-proċess beda iktar malajr minn kemm kien mistenni.