Xufier flimkien ma’ passiġġieri jistgħu jgħodduha b’waħda wara inċident fi Triq il-Kosta.
Dan hekk kif għall-ħabta tad-9:30 xufier ta’ tal-linja għal xi raġuni tilef kontroll tax-xarabank bil-konsegwenza li tela’ l-bankina u ħa l-ġenb ta’ tal-linja bl-impatt ikkawża l-ħġieġ tal-ġenb u kif ukoll il-ħġieġa ta’ quddiem biex jitkisser.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi b’infermiera ta’ MaterDei kif ukoll marru t-tobba tal-emerġenza Michael Spiteri u Jonathan Joslin flimkien ma’ żewġ timijiet mediċi tas-Salib l-Aħmar.
Huma taw l-ewwel għajnuna lil xi wħud li kienu bilqiegħeda ħdejn it-twieqi.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermaw ma’ ONE News li fortunatament ħadd ma ndarab serjament fl-inċident, tant li ħadd ma ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Fi stqarrija l-Malta Public Transport spjegat kif minnufih malli seħħ l-inċident mar tim sabiex jirrispondi skond il-proċedura t’emerġenza sabiex jagħti l-ewwel għajnuna meħtieġa lill-awtoritajiet.
Spjegat kif filwaqt li l-kumpanija qed tinvestiga l-kawża tal-inċident, il-prijorità bħalissa hi li tara s-sigurtà tal-impjegati l-passiġġieri kollha.