Il-bieraħ f’Għar Barka fir-Rabat ġew installati 16 -il arblu bl-aħħar teknoloġija. Dan wara li r-residenti Rabtin għamlu snin sħaħ mingħajr triq imdawla.
Dan ħabbru s-Sindku tar-Rabat Sandro Craus. Stqarr li apparti l-installazzjoni tad-dwal, il-bankina li fuqha saru l-arbli tad-dawl ingħataw tindifa papali u fil-jiem li ġejjin ser jinqatgħu zkuk ħżiena tas-siġar.
Dan filwaqt li s-Sindu Craus ħabbar li qed isiru xogħolijiet fi ġnien fil-viċinanzi.