F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar. Hekk jgħid il-qawl Malti u żgur mhux sejjer żmerċ, dan hekk kif tmiem ix-xahar ta’ Jannar qed inqattgħuh b’ksieħ u xita li qed timla l-widien ta’ Chadwick Lakes li żvujtaw tul ix-xitwa xotta tal-2016.
Fil-waqt li bosta jaf ma jkollhomx ix-Xitwa għal qalbhom, wieħed ma jistax ma japprezzax il-ġid li ġġib magħha x-xita, xita li tkun mistennija ferm mill-bdiewa Maltin.
Ritratti mill-isbaħ meħuda mill-fotografu Kevin Abela mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, jixdhu kif ic-Chadwick Lakes ingħata l-ħajja mill-ġdid bl-ilma tax-xita miġbur jagħti pjaċir lill-papri li kienu hemm.
Fotografu: Kevin Abela – DOI