Matul dan tmiem il-ġimgħa, grupp ta’ kaċċaturi rħewlha lejn il-Miżieb biex inaddfu l-miżbla li ħallew oħrajn.
Dan wara li ttellgħet l-ewwel sezzjoni ta’ tindifa ġewwa l-Miżieb.
Minn fuq il-post tneħħa kull ġeneru ta’ skart u saħansitra tranġa xi ħitan tas-sejjieħ li ġie vvandalizzat.
Il-kaċċaturi qalu li hija ħasra kbira li għad hawn min jittratta l-ambjent naturali b’ dan il-mod.