Sebaħ jum mill-isbaħ li fih qed infakkru l-Indipdendenza ta’ pajjiżna.
Il-programm li jfakkar dan il-jum speċjali jibda bil-marċ tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-gwardja tal-unur li jibda f’Misraħ il-Ħelsien u jkompli għal Triq ir-Repubblika fejn jieqaf f’Misraħ San Ġwann.
Wara li jsir is-salut nazzjonali u spezzjoni tal-gwardja tal-unur tibda l-Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum.
Wara jsir it-tqegħid tal-fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana fejn il-jum jintemm bil-Kunċert tal-Indipendenza li se jkun qed jittella’ fis-19:30 tal-lejla b’kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.