Il-Lukanda tifforma parti mill-AX Hotels u hija magħrufa għall-ambjent u stil uniku li toffri lill-klijenti tagħha. Dawk li jżuru l-lukanda se jinnutaw minnufiħ it-tisbieħ li sar, qal is-Sur Kevin Callus, Manager tal-lukanda. Dan huwa evidenti kemm fil-lobby u Copperfield’s Restaurant, u wkoll fil-bar, u kmamar.
“Il-proġett inkluda wkoll l-indoor pool, il-gym, lifts u anke l-conference hall” qal is-Sur Callus.
Michael Warrington, Kap Eżekuttiv ta’ AX Holdings qal li l-lukanda Victoria kienet suċċess sa mill-bidu nett li fetħet. Hu qal li dan l-investiment, li rrispetta l-istil tal-lukanda, sar bl’intenzjoni li jkompli jsaħħaħ l-esperjenza Maltija għat-turisti.
Dan huwa t-tieni nvestiment ewlieni mill-AX Hotels fi ftit inqas minn sentejn, wara proġett ta’ €9 miljun li sar fis-Seashells Resort at Suncrest fil-Qawra.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qal li l-AX Hotels dejjem kienu minn ta’ quddiem fl-industrija turistika. Huwa faħħar l-istrateġija użata mill-grupp li tirriżulta f’turist aktar sodisfatt, u allura żżid il-probabbilita` li t-turist jirrakkomanda l-pajjiż u l-lukanda lill-persuni oħra.
“B’dan il-mod, kollha kemm aħna, nibbenefikaw direttament minn investimenti simili” temm jgħid il-Ministru.
AX Hotels joperaw ħames lukandi; żewġ resorts, żewġ city hotels u palazzo. Fix-xhur li ġejjin, AX Hotels se tinawgura wkoll żewġ boutique hotels fil-Belt Valletta.