F’temperatura ta’ 8 gradi taħt iż-żero, il-kantanta Gaia ħadet ir-riskju u ppużat għal ritratti bi ftit ħwejjeġ fil-muntanji tas-silġ fi Sestriere fl-Italja.
F’vaganza personali mal-familja, r-ritratti li ġew ippublikati fuq pjattaformi differenti tal-midja soċjali tal-kantanta, jidher li ttieħdu minn ommha stess. Fuq instagram, anke ġew mxandra ‘stories‘ ta’ kif il-kantanta spiċċat minn ħafna ħwejjeġ għal ftit ħwejjeġ f’temperaturi kesħin. Il-kantanta stess tiddeskrivi dan kollu bħala ġennata li għamlet għal instagram!
Intant, fost ħafna kummenti miktuba kemm fuq facebook u anke fuq instagram, ħafna kkumplimentaw u saħansitra faħħru lill-kantanta għal dawn ir-ritratti uniċi.