Hekk kif f’dawn l-aħħar jiem temmet l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti wara li nħatar Donald Trump, bosta għadhom ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni.
Filwaqt li eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-Istati Uniti jipprotestaw biex iwasslu l-vuċi tagħhom, oħrajn użaw it-talent tal-arti. Diversi persuni minn madwar id-dinja esprimew ruħhom bl-arti u esprimew l-opinjoni tagħhom f’karikatura.
Bl-użu tal-karikatura huma wasslu l-ħsibijiet, il-biżgħat u fl-aħħar mill-aħħar l-opinjoni tagħhom dwar din il-bidla.