L-għajta hi nofs il-bejgħ. Dan hekk kif pjattaformi bħal Instagram u Facebook iservu bħala għajta ħelwa għall-gżejjer Maltin b’eluf kbar ta’ turisti u kif ukoll Maltin jesebixxu s-sbuħija li joffru dawn il-gżejer permezz ta’ ritratti diversi.
Meta wieħed jidħol fuq Instagram u jfittex ftit dwar Malta, din il-pjattaforma turi eluf ta’ ritratti tal-gżejjer Maltin b’diversi postijiet mill-isbaħ li jixhdu dak kollu offrut. Żgur mhux forsi li dawk li kienu qed jagħmlu xi ħsieb biex iżuruna, dawn ir-ritratti mhux biss iservu ta’ għajnuna biex jiżguraw lit-turisti li hawn x’tara, iżda saħansitra tgħinhom biex jiddeċiedu darba għal dejjem li ġejjin Malta.
Ritratti bħal dawn huma għajta perfetta hekk kif m’hemm xejn aqwa minn mumenti maqbudin li juru preċiżament x’hawn fuq il-gżejjer Maltin. Mix-Xlendi għal Belt Valletta, wieħed żgur se jkun qed isib xi ħaġa x’jagħmel.
Dawn huma ftit minn ħafna ritratti maqbudin lokalment;
Ix-Xlendi, Għawdex
Kemmuna
Il-Belt Valletta
Il-Kottonera
Marsaxlokk
Għawdex
Attrazzjoni għall-bugħaddasa – Il-ħajja ta’ taħt il-baħar
L-Imdina