Dalgħodu, il-Belt Kapitali qamet għar-realtà ta’ normalità ġdida, hekk kif wara aktar minn xahar magħluqin l-istabbilimenti tal-ikel reġgħu fetħu mill-ġdid.
Kif jixhdu dawn ir-ritratti, dalgħodu xi nies ħatfu l-opportunità u b’mod li jirrispettaw id-distanza soċjali kif inhu l-appell tal-awtoritajiet tas-saħħa, gawdew dan in-nofs ta’ nhar.
Mil-lum fetħu r-ristoranti madwar Malta u Għawdex, lukandi u ħwienet tas-sbuħija li huma marbuta bi protokolli ċari.