Titjira kellha tinżamm milli titlaq fil-ħin wara li waqt il-proċess li jingħata l-fjuwil lil wieħed mill-ajruplani għat-titjira li kienet sejra Brussell, spiċċa kien hemm ħruġ ta’ fjuwil.
Kawża ta’ dan it-titjira damet 50 minuta aktar biex titlaq, dan sakemm tnaddaf il-fjuwil li ħareġ fl-apron, iż-żona fejn jiġu pparkjati l-ajruplani.
Dan sabiex iż-żona titqies bħala waħda sigura.
Intant fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega kif qed jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi ċċarat x’seta’ kkawża dan il-każ u skuża ruħu għal kull inkonvenjenza li setgħet inħolqot.