Ittellgħet it-43 edizzjoni tal-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm, fejn aktar minn 200 tifel u tifla fakkru l-ġrajja tal-passjoni ta’ Ġesu u personaġġi importanti oħra.
Din il-purċissjoni ġiet mtella’ mill-abbatini u l-Grupp tal-Vokazzjonijiet tax-Xagħra Għawdex, fejn kienu huma li 43 sena ilu tellgħu l-ewwel purċissjoni ta’ dan it-tip f’Ghawdex.
Fost il-personaġġi nsibu lil Pietru, lill-Profeti, lill-Evanġelisti, Barabba fost oħrajn.