Ristorant fil-Valletta Waterfront kellu jiġi evakwat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li l-kċina nħakmet minn nirien. Il-każ seħħ ghall-ħabta tal-22:20 tal-Ġimgha filgħaxija fir-ristorant Browns.
Jidher li n-nirien bdew minn forn tal-pizza u nfirxu lejn l-uffiċċju. F’dan l-inċident ma’ weġġa’ ħadd.
Immedjatament fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li evakwaw iż-żona u tfew in-nirien.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili damu sagħtejn jitfu n-nirien u l-ħidma immedjata tagħhom kien strumentali sabiex il-ħanut ma jkomplix jinħakem min-nirien.
Kawża tal-inċident it-triq biswit ir-ristorant ġiet magħluqa għat-traffiku.
Sorsi fuq il-post qalulna li l-ħaddiema tar-ristorant bakkru kmieni qegħdin jaħdmu qatiegħ biex ir-ristorant jerġa’ jiftaħ il-ġimgħa d-dieħla.