Għexieren ta’ sewwieqa ta’ muturi llum ingħaqdu lkoll flimkien bil-għan li jsuqu kollha f’daqqa biex iqajmu aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider għax-xahar iddedikat prorpju għalekk, ix-xahar t’Ottubru.
Kull min qed jieħu sehem infatti ta donazzjoni ta’ €10 bir-ritta tibda mill-Gudja fejn fl-10:00 kienu eskortati mill-Pulizija b’dawra ta’ 45 minuta li tintemm f’Għajn Tuffieħa.
Preżenti kien hemm iċ-Chairperson ta’ Marigold Foundation is-Sinjura Michelle Muscat fejn ħadet sehem ukoll f’din il-bike ride ppjanati fl-ewwel jum ta’ Ottubru ddedikat għal aktar għarfien dwar il-kanċer fis-sider.