Eluf ta’ persuni rħewlha lejn il-Belt Valletta hekk kif illum qed tittella’ l-Malta Pride March, appuntament annwali madwar id-dinja li fiha tisħaq fuq il-jeddijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti. Ċelebrazzjonijiet kbar waqt il-Malta Pride March fi Pjazza San Ġorġ u fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta. Bħal kull sena, iddominaw il-kuluri tal-qawsalla fuq bosta bnadar, kartelluni b’messaġġi favur l-ugwaljanza u kif ukoll ilbies t’a kull lewn.
Preżenti għal din il-Pride March kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ membri Parlamentari oħra fosthom il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli.
Il-Pride March tittella’ f’bosta bliet fid-dinja kollha sabiex permezz tagħha tinfirex aktar għarfien.